Sunday, May 5, 2024

Isostni li ddejjaq jieħu d-droga

Aqra wkoll

Michael Sciberras, raġel ta’ 31 sena ġie mixli quddiem il-Maġistrat Monika Vella b’żewġ serqiet.

Filwaqt li ammetta l-akkużi miġjubin kontrih, qal li dak li għamel kien żball kbir. Hu sostna fil-Qorti li ddejjaq jieħu d-droga.

Sciberrar kien akkużat li wettaq serqa minn bott tal-karità u serqa oħra ta’ €200. L-akkużat wettaq dawn is-serqiet biex isostni l-vizzju li għandu tad-droga.

Waqt li kien qiegħed fl-awla, ir-raġel qal li għalih mhux problema li jmur il-ħabs, pero “nixtieq nirriforma ruħi.” L-akkużat qal li d-deċiżjoni hija f’idejn il-Maġistrat u sostna li jekk hi tiddeċiedi li ma tibgħatux il-ħabs se jibqa’ sejjer biex jibda programm biex iwaqqaf il-vizzju tad-droga.

Sostna li d-droga daħħlitu f’ħafna nkwiet bla bżonn u għalhekk kien determinat li jbiddel ħajtu.

Id-difiża talbet għal sentenza minima biex ir-raġel ikun jista’ jattendi għal programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga. Madankollu l-prosekuzzjoni oġġezzjonat u talbet sentenza ta’ ħabs għax fil-passat kiser ordni ta’ probation.

Il-Magistrat Monika Vella ddeċidiet li tpoġġih taħt ordni ta’ probation għal sentejn. Hija ordnatlu biex matul dan iż-żmien jagħmel il-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.

Wissietu wkoll li jekk ifalli milli jagħmel dan il-programm jeħel 6 xhur ħabs.

Sport