Thursday, April 18, 2024

Mixli li stupra darbtejn lis-sieħba tiegħu, inkluż meta kienet tqila

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 27 sena mill-belt ta’ Aleppo tressaq fil-Qorti fejn ġie akkuzat li stupra darbtejn lill-eks-sieħba tiegħu.

Id-difiża talbet li isem iż-żagħżugħ ma jixxandarx fejn il-Qorti laqgħet din it-talba.
is-Sirjan kien mixli li f’Jannar ta’ din is-sena, wara li rritorna Malta mit-Turkija, ipprova jkollu x’jaqsam mas-sieħba tiegħu u dan meta kienet fi stadju avvanzat tat-tqala.

Skont dak li ntqal fil-Qorti, waqt li seħħ l-allegat stupru kien hemm preżenti minuri.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba sabet oġġezzjoni mill-prosekuzzjoni. Il-Maġistrat Monika Vella li qed tisma’ l-każ ċaħdet it-talba u s-Sirjan baqa’ jinżamm taħt arrest.

Il-każ se jkun qiegħed ikompli jinstema fil-jiem li ġejjin.

Ekonomija

Sport