Saturday, April 20, 2024

Bosta maħsudin bil-mewt tal-edukatur Matthew Naudi

Aqra wkoll

Fil-midja soċjali dalgħodu feġġew diversi messaġġi ta’ bosta persuni li qamu maħsuda bl-aħbar tal-mewt tal-edukatur Matthew Naudi. Matthew kien ukoll jorganizza Whiz Kids, li hija skola għat-tfal fis-sajf.

Infatti fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm studenti tiegħu li fakkru dwar is-sapport li kien jagħtihom u kull mument li kien isib biex ikellimhom fl-iskola. Huwa jibqa’ mfakkar għall-eżempju tiegħu u bħala kollega ġenwin li dejjem lest biex jagħti pariri siewja fejn hu possibbli.

Minkejja li kien ilu numru ta’ ġimgħat rikoverat fl-isptar, Naudi kien baqa’ posittiv sal-aħħar fejn f’kitba ta’ ringrazzjament lil dawk kollha li għenuh f’dan il-perjodu huwa temm jgħid li l-ħajja tħobbu u li hu jħobb il-ħajja.

Sport