Saturday, September 14, 2024

Real Sociedad viċin li jiffirmaw lil Mats Hummels

Aqra wkoll

Real Sociedad jinsabu viċin li jsibu s-sostitut ta’ Robin Le Normand li fil-jiem li għaddew ingħaqad ma’ Atletico Madrid. Fil-fatt, il-Ġermaniż Mats Hummels qed jitkellem mad-diriġenti Spanjoli sabiex jgħaddi uffiċjalment magħhom ġaladarba d-diskussjonijiet ikollhom suċċess.

Hummels kien qed jaħsibha li jġedded mal-klabb tiegħu Borussia Dortmund iżda jidher li hemm ċans kbir li jmur jilgħab f’La Liga Spanjola.
Hummels għandu 35 sena u hu aġent ħieles wara l-kuntratt li spiċċalu mat-tim minn Dortmund.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport