Monday, February 10, 2025

Rebħa drammatika għal Floriana

Aqra wkoll

Floriana ………..2

Marsaxlokk …..1

Minn Cristian Muscat

F’kundizzjonijiet klimati­ċi xejn favorevoli min­ħabba x-xita qawwija li ħakmet lill-Gżejjer Maltin, Floriana ħallew għall-aħħar biex għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-1.

Madankollu, kienet partita bilanċjata, fejn għalkemm Floriana ħarġu rebbieħa, li kieku Marsaxlokk ħarġu mill-ground almenu b’punt ma kienu jisirqu xejn.

Kienu Marsaxlokk li ħolqu l-ewwel periklu fid-disa’ minuta meta Yuri De Jesus Messias dar tajjeb mal-goalkeeper, Christoffer Mafoumbi, iżda kellu l-konklużjoni tiegħu mill-viċin tiġi salvata f’corner bir-ras minn difensur ta’ Floriana, biex salva goal ċert.

Madankollu, kienu Flo­riana li fetħu l-iskor fis-16-il minuta permezz ta’ free-kick mill-isbaħ ta’ JULIAN GONZALO GAMARRA li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Matthew Calleja Cremona.

Marasaxlokk wieġbu fis-26 minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu kważi minn tarf il-kaxxa tas-solitu Yuri De Jesus Messias li iżda ntemm għoli.

Fl-41 minuta, il-Greens reġgħu ħolqu l-periklu meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, Matias Nicolas Garcia kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata tajjeb minn Calleja Cremona.

Fil-51 minuta Floriana appellaw għall-penalty iżda r-referee, Matthew Degabriele, wera l-karta safra lil Jake Grech għal simulazzjoni.

Marsaxlokk irrispondew tmien minuti wara permezz ta’ cross-shot insidjuż tal-captain Leandro Aguir­re li ġie ppanċjat f’sigurtá mill-goalkeeper Mafoumbi.

Huma komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u fid-79 minuta Mafoumbi ħareġ barra minn postu biex interċetta tajjeb fuq Yuri De Jesus Messias.

Fil-81 minuta, Marsaxlokk kisbu d-draw meta LUCAS EMANUEL LOPEZ kompla għal ġewwa d-daqqa ta’ ras ta’ Messias.

Iżda minuta mit-tmiem, Floriana skorjaw il-goal tar-rebħa minn MATIAS NI­COLAS GARCIA minn az­zjoni ta’ corner.

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech (9-Elvis Mashike Sukise 63), 11-Zachary Scerri (14-Jork Eblin Becerra 72), 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (77-Aleandro Garzia 72), 25-Julian Ginzalo Gamarra, 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro, 79-Serge Cedric Gyuy Yameogo – Coach: Darren Abdilla

MARSAXLOKK: 1-Matthew Calleja Cremona, 4-Karl Micallef, 5-Jorge Ailton Soares, 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias, 14-Juan Carlos Corabalan (9-Sergo Kukhianidze 76), 19-Jose Ulises Arias, 20-Martin Adamec (3-Duvan Torres 93), 22-Lucas Emanuel Lopez, 23-Alex De Aguilar Gomes, 27-Leandro Aguirre   – Coach: Vincenzo Potenza 

REFEREE: Matthew Degabriele

ASS. REFEREES: James Muscat, Paul Apap

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: J. G. Gamarra 16, M. N. Garcia 89 (F), L. E. Lopez 81 (M)

AMMONITI: J. A. Soares (M), J. Grech, D. Vella (F)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport