Saturday, December 21, 2024

Rebħa għall-Italja fuq il-Venezwela

Aqra wkoll

L-Italja rebħu l-ewwel partita ta’ ħbiberija tagħhom meta nhar il-Ħamis għelbu lill-Venezwela 2-1 f’Fort Lauderdale, l-Istati Uniti, bil-coach Luciano Spalletti, ikun kuntent bil-wirja iżda ammetta li jrid jiddiskuti dettalji mal-players tiegħu.

L-attakkant Mateo Retegui sar kandidat solidu biex jibda fl-attakk fil-Euro 2024, meta skorja ż-żewġ goals fl-40 u fit-80 minuti waqt li bejniethom Darwin Machis (43) skorja għal Venezwela li kellhom penalty mogħti minn Solomon Rondon (3) salvat mill-goalkeeper  Gianluigi Donnarumma.

F’logħba oħra, il-Portugall għelbu lill- Isvezja 5-2 b’goals minn Rafael Leao (24), Matheus Nunes (33), Bruno Fernandes (45), Bruma (57) u Goncalo Ramos (61) waqt li Viktor Gyokeres (58) u Gustaf  Nilsson (90) wieġbu għall-Isvediżi.

Ekonomija

Sport