Prestazzjoni eċċellenti mill-Malta Veterans, li kisbu rebħa impressjonanti ta’ 3–0 kontra t-tim Kroat MNK Bol Brac f’konfront internazzjonali tal-veterani.
Tliet skorers differenti – Ian Zammit, Mano Micallef u Kevin Sammut, tliet gowls u l-fatt li ma qalgħu l-ebda gowl ikkompletaw wirja pożittiva ħafna mit-tim Malti.
Prosit lill-plejers u lill-istaff kollu involut; grazzi wkoll lil MNK Bol Brač għall-konfront sportiv u għall-ħbiberija bejn iż-żewġ naħat!




