Minn Grupp F, il-Kanada, li diġà huma eliminati mit-tournament, jilagħbu kontra l-Marokk, li ħasdu lill-Belġju u rebħu l-aħħar partita biex għandhom ċans jikkwalifikaw.
Il-Kanada skorjaw l-ewwel goal tagħhom, iżda b’żewġ telfiet minn tnejn, se jmorru lura lejn darhom wara dan il-konfront. Iżda huma se jitilqu b’rashom mgħollija minħabba li tant impressjonaw fil-prestazzjonijiet tagħhom.
Alphonso Davies skorja l-aktar goal veloċi f’dan it-tournament s’issa, biex patta għall-penalty li falla kontra l-Belġju, iżda ma setax jipprevjeni riżultat ta’ 4-1 kontra l-Kroazja.
Fir-rigward tal-Marokk, jistgħu jikkwalifikaw b’rebħa jew draw kontra l-Kanada, li jagħtihom fiduċja kbira biex jagħmlu dan.
Il-Kanada għandhom l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni. Il-coach, John Herdman, jista’ jkun irid jerġa’ lura għal tliet difensuri wara li kellhom wirja tajba kontra l-Belġju.
Min-naħa l-oħra għall-Marokk, Abdessamad Ezzalzouli se jkun barra mil-logħba minħabba injury fil-hamstring.