Friday, May 3, 2024

Il-Messiku jkeċċu lill-coach Tata Martino wara l-eliminazzjoni mit-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Il-coach, Tata Martino, tkeċċa mill-kariga tiegħu wara li  ħa r-responsabbiltà għall-falliment kbir tal-eliminazzjoni tal-Messiku mit-Tazza tad-Dinja.  

Martino, li ilu jiggwida lit-team għal dawn l-aħħar erba’ snin, qal li kien ta’ unur kbir għalih iżda ddispjaċut ferm li l-Messikani ma kienux kapaċi javvanzaw f’din il-kompetizzjoni. 

Filwaqt li huma għelbu lill-Arabja Sawdija 2-1, il-Polonja tilfu 2-0 kontra l-Arġentin. 

Fil-veritá, huma spiċċaw fit-tieni post, b’punt daqs il-Polonja iżda dawn tal-aħħar kellhom differenza ta’ goals aħjar u għaldaqstant dawn tal-aħħar rebħu d-dritt li jikkwalifikaw mal-Aħħar 16. 

Wara din l-eliminazzjonio, Martino stess stqarr li ma kienx qed jistenna li jibqa’ l-coach tal-Messiku. Huwa qal:

“M’għandi l-ebda raġuni biex naħseb li l-futur se jkun differenti. Il-kuntratt skada mat-tisfira finali u m’hemm xejn x’nagħmel aktar. 

“Fi tmien edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja dan qatt ma ġara u għalhekk nieħu r-responsabbiltà għal dan il-falliment kbir. Qed inħoss dieqa kbira.”

Sport