Wednesday, April 24, 2024

Bosta maħsudin bil-mewt ta’ Carmen Tanti tal-Greenfields

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-kantanta Maltija, Carmen Tanti, magħrufa bħala tal-Greenfields fl-età ta’ 75 sena.

Carmen u r-raġel tagħha Joe Tanti flimkien mal-ħabib tagħhom Charles Bajada kienu ffurmaw The Greenfields fis-6 ta’ Marzu tal-1970.

L-ewwel album debutt tal-Greenfields ħareġ fl-1974, wara li bħala grupp kienu stabilixxew rwieħhom b’kanzunetti bħal Il-Vapur tal-Art, Il-Karozzin, Il-Banda ta’ Indri, It-Terramaxka, Għand Kurun u L-Għajn.

Fost dawk li sellmu l-memorja tagħha kien hemm artisti lokali li fakkruha bħala mara bi tbissima mill-isbaħ u mill-aktar ġentili. 

Sport