Tuesday, May 14, 2024

Rebħa għall-Marokk kontra l-Kanada tkun tfisser il-kwalifikazzjoni għall-Aħħar 16

Aqra wkoll

Minn Grupp F, il-Kanada, li diġà huma eliminati mit-tournament, jilagħbu kontra l-Marokk, li ħasdu lill-Belġju u rebħu l-aħħar partita biex għandhom ċans jikkwalifikaw.

Il-Kanada skorjaw l-ewwel goal tagħhom, iżda b’żewġ telfiet minn tnejn, se jmorru lura lejn darhom  wara dan il-konfront. Iżda huma se jitilqu b’rashom mgħollija minħabba li tant impressjonaw fil-prestazzjonijiet tagħhom.

Alphonso Davies skorja l-aktar goal veloċi f’dan it-tournament s’issa, biex patta għall-pe­nalty li falla kontra l-Belġju, iżda ma setax jipprevjeni riżultat ta’ 4-1 kontra l-Kroazja.

Fir-rigward tal-Marokk, jistgħu jikkwalifikaw b’rebħa jew draw kontra l-Kanada, li jagħtihom fiduċja kbira biex jagħmlu dan.

Il-Kanada għandhom l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni. Il-coach, John Herdman, jista’ jkun irid jerġa’ lura għal tliet difensuri wara li kellhom wirja tajba kontra l-Belġju.

Min-naħa l-oħra għall-Marokk, Abdessamad Ezzalzouli se jkun barra mil-logħba minħabba injury fil-hamstring.

Sport