Tuesday, May 14, 2024

Il-Kroazja u l-Belġju jridu rebħa biex jibqgħu javvanzaw

Aqra wkoll

Minn Grupp F, l-Kroazja u l-Belġju jaffrontaw lil xulxin, biż-żewġ timijiet jeħtieġu rebħa biex jiggarantixxu l-kwalifikazzjoni tagħhom għall-fażi eliminatorja.

Il-Kroazja kienu miżmuma kontra l-Marokk fl-ewwel partita tagħhom, iżda huma għelbu lill-Kanada fl-aħħar partita, u se jkunu qed jittamaw għal rebħa mill-ġdid. Il-Kroazja trid tevita t-telfa sabiex tiggarantixxi l-kwalifikazzjoni, iżda tista’ tavvanza jekk il-Marokk jiġu megħluba.

Fir-rigward tal-Belġju, huma jridu jirbħu sabiex jaċċertaw mill-kwalifikazzjoni. Bi xnigħat ta’ argumenti fid-dressing room, inkluż wara t-telfa kontra l-Marokk, bosta huma dawk li qed jissuġġerixxu li huma jistgħu jiġu eliminati ferm qabel milli kien mistenni.

Fl-aħħar partita Ivan Perisic sofra injury għall-Kroati u kellu jiġi sostitwit minn Mislav Orsic  u huwa dubjuż għal din il-partita.

Għall-Belġjani, Romelu Lukaku kien ilu ma jilgħab logħba kompetittiva mill-aħħar ta’ Ottubru, iżda ħareġ minn fuq il-bank għal ftit minuti kontra l-Marokk.

Huwa jista’ jiġi rriskjat f’din il-logħba ferm importanti għalihom.

Amadou Onana jinsab sospiż minħabba li akkumula żewġ karti sofor fl-ewwel żewġ logħbiet tiegħu. Għaldaqstant Youri Tielemans għandu jilgħab f’nofs il-ground minfloku.

Sport