Minn Cristian Muscat
Valletta……………..0
Sliema W……………1
Wara żewġ draws identiċi ta’ 1-1 kontra Birkirkara u Naxxar Lions rispettivament, Sliema Wanderers, irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Valletta bl-iskor minimu ta’ 1-0, biex wara d-draw ta’ mingħajr goals kontra Zabbar, din kienet it-tieni partita in fila mingħajr rebħa għall-Beltin.
Valletta kellhom lill-captain Brandon Paiber sospiż, waqt li Sliema għat-tieni partita konsekuttiva kienu mingħajr is-servizzi tal-iskorer prolifiku Sloven, Vito Plut.
Kienet partita kollox ma’ kollox bilanċjata, bil-Beltin ikollhom iktar pussess territorjali matul l-ewwel taqsima, iżda fit-tieni taqsima Sleima wettqu reazzjoni mill-aqwa u ġew ippremjati bil-goal tar-rebħa.
Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel periklu fil-ħames minuta meta Gomes kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ċentrali li ġie salvat atjjeb mill-goalkeeper Brażiljan ta’ Valletta, Adilosn Aguero Dos Santos.
Valletta wieġbu fis-26 minuta, meta wara li rċieva minn azzjni ta’ corner, Adebayo Basher, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tiġi mdawra f’corner bi bravura mill-goalkeeper ta’ Sliema, Rashed Al-Tumi.
Il-Beltin komplew fuq l-offensiva u minuta biss wara, minn corner li ngħata wkoll mil-lemin, Mbende, għola tajjeb u reġa’ dawwar il-ballun bir-ras iżda din id-darba il-ballun għadda ftit għoli.
Kulma jmur kompla d-dominju tal-Beltin u fl-34 minuta, minn kontrattakk veloċi għalihom, Basher avvanza fil-kaxxa iżda dam biex qassam lil Thaylor Aldama li kien żmarkat għal kollox, b’Al Tumi jinterċetta kull periklu.
Sliema fetħu l-iskor fil-55 minuta, liema goal irriżulta bħala dak tar-rebħa għalihom, meta Fernandinho għadda tajjeb lejn MOHAMED AWAD li permezz ta’ xutt fil-baxx bid-dawra mill-viċin ma ta l-ebda ċans lil Dos Santos.
Valletta appellaw għall-penalty fid-69 minuta meta Sava Radic kellu x-xutt tiegħu li allegatament ħabat ma’ id player ta’ Sliema, bil-ballun iżda jidher li iktar ħabat ma’ sider l-istess player ta’ Sliema.
Huma tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs fid-90 minuta meta Thaylor Aldama kellu r-rovexxjata tiegpu minn taħt il-lasta li ntemmet ftit għoli, bi Sliema jeħilsuha ħafif.
Madankollu, il-Blues komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.
Valletta: Adilson Aguero Dos Santos, Mattias Ellul (Andrea Zammit 73), Steve Borg, Jake Azzopardi, Yannick Yankam (Diogo Tavares 65), Adebayo Ahmed Basher, Emmanuel Moise Mbende, Yuri De Jesus Messias (Stijn Meijer 81), Sava Radic, Thaylor Aldama, Jackson Mendoza Coach: Thane Micallef
Sliema W.: Rashed Al-Tumi, Jean Borg, Adam Magri Overend (Steve Pisani 80), Uros Duranovic (Marcelo Barros Santos 66), Roko Prsa, Gustavo Alcino, Andre De Oliveira, Henrique Murilo, Mohamed Awad, Thiago Espindola, Jose Fernando Gomes Junior (Wescley 80) Coach: Pablo Doffo
Referee: Fyodor Zammit
Ass. Referees: Jurgen Spiteri, David Castillo
Raba’ Uffċijal: Daniel Casha
Skorers: M. Awad 55 (S)
Ammoniti: Fernandinho, M. Barros Santos (S)
Player tal-Logħba: J. F. Gomes Junior (S)
Zabbar SP……………….3
Birkirkara………………..0
Wara li kisbu żewġ draws konsekuttivi kontra Hamrun Spartans u Valletta, kompliet is-sensiela ta’ riżultati pożittivi minn Zabbar St Patrick meta kisbu rebħa konviċenti ta’ 3-0 kontra Birkirkara.
B’hekk, is-Saints irreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom fil-Clisng Round hekk kif għadhom ma ġewx megħluba minn mindu nħatar coach Gilbert Agius, fejn kisbu ħames punti minn tliet logħbiet wara ħames telfiet diżappuntanti minn daqstant partiti.
Zabbar kienu l-aħjar tim mill-bidu tal-partita u wara li kisbu l-vantaġġ lejn tmiem l-ewwel taqsima, issiġillaw ir-rebħa b’żewġ gowls oħra wara l-mistrieħ.
Għal Zabbar, Agius għażel li jikkonferma l-istess plejers li kienu bdew il-logħba preċedenti kontra Valletta. Min-naħa l-oħra, l-Istripes kellhom żewġ bidliet mit-tim li kiseb draw ta’ 1-1 kontra Sliema Wanderers hekk kif Sebastian Viveros u Shaun Dimech bdew minflok Neil Micallef u Roni Santos.
Birkirkara resqu viċin li jiftħ l-iskor wara biss sitt minuti meta wara li rċieva minn corner ta’ Shaun Dimech mix-xellug, daqqa ta’ ras ta’ Alessandro Coppola ġiet ikklerjata minn difensur ta’ Zabbar.
Zabbar wieġbu b’xutt ta’ Brian Gambarte minn barra l-kaxxa li ġie salvat minn Miguel Angel Martinez. Fit-28 minuta, Ayom Majok xeħet għoli mill-viċin warali rċieva minn corner ta’ Brian Gambarte.
Zabbar irnexxielhom jiftħu l-iskor fit-38 minuta. Bruno Figueiredo xeħet corner mix-xellug u Strahinja Jovancic serva lil PEDRO CEJAS li b’rovexxjata mill-isbaħ għeleb għal kollox lill-goalkeeper Martinez.
Is-Saints kisbu aktar kunfidenza u free kick ta’ Brian Gambarte spiċċa ftit barra fl-44 minuta u fil-ħin miżjud, free kick ieħor mill-attakkant Arġentin ġie mblukkat minn Martinez.
Fis-57 minuta, Zabbar irdoppjaw l-iskor. Strahinja Jovancic avvanza tajjeb qabel ma serva lil Ayom Majok li rritorna l-ballun, bil-midfielder Serb jipprovdi l-assist lil BRIAN GAMBARTE li l-konklużjoni tiegħu mil-lemin laqtet il-mimduda qabel ma ntemmet ġewwa.
Żewġ minuti wara, biex l-affarijiet ikomplu ġejjin ħażin għal Birkirkara, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-captain Alessandro Coppola wara li waqqqa’ Ayom Majok li deher destinat li jkompli javvanz alejn il-lasti avversarji.
Is-Saints għamlu l-iskor 3-0 fit-62 minuta meta PEDRO CEJAS bi freekick mill-isbaħ tefa’ ġewwa bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel intemm fix-xibka.
Fil-ħin miżjud, is-sostitut Jan Busuttil għal Birkirkara kien għoddu naqqas il-marġni tal-iskor għal Birkirkara, iżda l-goalkeeper ta’ Zabbar, Ignacio Colombo b’xi mod irnexxielu jsalva tajjeb il-free kick angolat tiegħu mil-lemin.
Birkirkara: Miguel Angel Martinez, Francisco Lopez Garrone, Manuel Ignacio Morello, Sebastian Viveros Lopez (Jere Vrcic 45), Aleandro Garzia (Neil Micallef 89), Kemar Reid, Shaun Dimech (Jan Busuttil 65), Alessandro Coppola, Geoffrey Acheampong (Leandro Lautaro Lacunza 89), Donovan Stephane Ma, Jacques Armand Thierry Bayo Mben (Ronivan Bispo Dos Santos 65) – Coach: Paul Zammit
Zabbar SP: Ignacio Gonzalo Colombo, Bruno Miguel Gomes Figueiredo (Liam Micallef 89), Pedro Santiago Cejas (Luis Felipe Rodrigues Mota 69), Brian Ariel Gambarte (Ryan Scicluna 81), Nicholas James Agius (Vinicius De Paiva 69), Jake Micallef, Ayom Majok Ayom (Izak Etim Akpan 80), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Kean Scicluna, Jurgen Pisani – Coach: Gilbert Agius
Referee: Glen Tonna
assistenti: Mitchell Scerri, Vasil Vasilev
Raba’ Uff.: Emanuel Grech
Skorers: P. Santiago Cejas 38, 62, B. Gambarte 57 (ZSP)
Ammoniti: J. Pisani (ZSP)
Tkeċċa: A. Coppola 59 (B)
Player tal-Logħba: Pedro Santiago Cejas (Zabbar SP)
Naxxar L……………..2
Tarxien R…………….1
Naxxar Lions komplew bis-sensiela ta’ riżultati pożittivi meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 2-1, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn doppjetta personali tal-player tal-mument, Vitinho, bit-tieni goal għalih jasal minn penalty.
Fid-39 minuta Joao Victor Souza Dos Santos għal Naxar kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb mill-goalkeeper u captain ta’ Tarxien, Andrea Cassar.
Fit-48 minuta, Naxxar fetħu l-iskor meta JOAO VICTOR SOUZA DOS SANTOS żmarkat għal kollox u b’xamma kbira għall-goal, mill-viċin tefa’ ġewwa.
Fil-50 minuta Miguel D’Allesandro waqqa’ lil Ferreira fil-kaxxa, fejn huwa tkeċċa permezz tat-tieni karta safra, b’Naxxar jirbħu penalty. Mill-11-il metru inkariga ruħu JOAO VICTOR SOUZA DOS SANTOS li ma ħafirx biex b’hekk irreġsitra doppjetta persnali.
Fi-66 minuta Ferreira De Jesus għal Naxxar kellu x-xutt tiegħu jiġi devjat f’corner mid-difiża ta’ Tarxien.
Hekk kif qabżu d-90 minuta, Tarxien irnexxielhom inaqqsu d-distakk meta KWASI DONSU skorja gowl spettakolari b’xutt mill-isbaħ.
B’din ir-rebħa, Naxxar Lions telgħu fir-raba’ post tal-klassifika, filwaqt li Tarxien baqgħu fil-11-il post.
Tarxien R.: Andrea Cassar, Miguel D’Alessandro, Abdelrahman Gaafar Ali Alhagi, Angel Jesus Valverde Ledezma (Patrick Schmidt 61), Wesley Hudson Da Silva (Nhaysonn Huanne Da Silva Rosa 54), Anthony Abidemi Lokosa, Erico Francisco De Oliveira Junior (Claudio Henrique Da Silva Barbosa 54), Marko Musulin (Kwasi Donsu 54), Petar Panic, Andreas Vella (Sheldon Mizzi 78), Marcus Grima – Coach: Jacques Scerri
Naxxar L.: Matthias Debono, Joao Pedro De Souza Iseppe, Theo Seara Kruger, Gustavo Felipe De Campos Goncalves, Mark Fenech (Neil Pace Cocks 75), Louis M’Vemba Pahama Ndualu, Edson Cerqueira Farias (Sekala Siolklon Amiel Guehi 76), Joao Victor Souza Dos Santos, Daniel Letherby (Mattias Micallef 81), Rosiel Pereira Da Silva (Yeangel Emilio Montero Manzano 88), Vinicius Ferreira De Jesus (Christian Cedric Kontchou Nganmini 89) – Coach: Winston Muscat
Referee: Daniel Portelli
assistenti: James Muscat, Shaun Calleja
Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic
Skorers: J.V. Souza Dos Santos 48 , 53 pen (NL); K. Donsu 92 (TR)
Ammoniti: E. Farias, V. Ferreira (NL); P. Panic (TR)
Tkeċċa: M. D’Alessandro 50 (TR)
Player tal-Logħba: Joao Souza Dos Santos (Naxxar L.)

