Monday, May 13, 2024

Rebħa importanti għal Gzira United

Aqra wkoll

Floriana …….0

Gzira Utd ….1

Proprju fl-ewwel logħba ta’ Andrew Cohen bħala head coach, Gzira United, ħasdu lil Floriana meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex ikkastigawhom għat-tieni telfa konsekuttiva bil-konsegwenza li Hamrun Spartans issa huma l-leaders assoluti.

Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet l-ewwel rebħa għal Gzira fil-kampjonat sa mir-rebħa ta’ 3-0 kontra Mosta fis-26 ta’ Novembru li għadda.

Il-Gżirjani għarfu jagħlqu tajjeb l-ispazji biex ma ħal­lewx lill-avversarji jimmanuvraw.

Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel attakk iżda x-xutt ta’  Matheus de Sousa ġie salvat mill-goalkeeper, Darijan Zarkov.

Fis-seba’ minuta, Alexandros Kouro reġa’ impenja lil Zarkov li kien attent u salva tajjeb.

Il-Furjaniżi baqgħu jiddominaw u, fit-12-il minuta, Lorenzo Da Grazia kellu xutt mid-distanza jintemm ftit barra.

Fis-17-il minuta, il-Maroons wieġbu għall-ewwel darba permezz ta’ xutt ta’ Lucas Macula mid-distanza li ntemm barra.

Fil-35 minuta, Floriana li tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Maksim Valadzko xeħet cross fil-baxx fid-direzzjoni ta’ Matheus De Sousa, iżda dan minn taħt il-lasta għamel l-impossibbli u tefa’ inkreddibilment barra.

Ta’ dan in-nuqqas, huma pattew qares minħabba li fl-44 minuta, il-Gżirjani fetħu l-iskor meta Gabriel Bohrer Mentz bit-takkuna għadda lejn THAYLOR ALDAMA li b’eleganza qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper, Georgi Kitanov.

Fid-59 minuta free-kick b’saħħtu mid-distanza ta’ Thiago Espindola għall-Maroons għadda barra … u żewġ minuti wara l-istess għamel Lucas Macula. 

Żewġ minuti mit-tmiem, Gżira resqu viċin li jagħlqu l-logħba iżda t-tenattiv ta’ Thiago Espindola mid-distanza ma nkwadrax il-lasti għal ftit.

FLORIANA: 33-Georgi Kita­nov, 4-Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji, 8-Jose Ulises Arias (10-Jan Busuttil 81), 11-Matheus De Sousa, 17-Owen Spiteri (22-Kyrian Nwoko 87), 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (94-Luis Willis 64), 24-Lorenzo De Grazia (12-Dunstan Vella 64), 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandros Kouro   – Coach: Mauro Camoranesi

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Macula (4-Andrew Borg 83), 16-Luis Carlos Riascos, 20-Farid Romero Zungia, 47-Brooklyn Borg (2-Carlos Filho Conceicao 83), 93-Thiago Espindola, 98-Jackson Mendoza   – Coach: Andrew Cohen

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Robert Curtis

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORER: T. Aldama 44 (GU)

AMMONITI: G. Kitanov, L. De Grazia, M. Valadzko (F), T. Aldama, Z. Scerri, L. C. Riascos, T. Espindola (GU)

Sport