Saturday, November 23, 2024

Rebħa importanti għal Valletta

Aqra wkoll

Sirens ………..0

Valletta ……..3

Valletta komplew jikkonvinċu u għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 3-0 biex għamlu pass tajjeb lejn is-salvazzjoni.

Huma ħolqu l-ewwel pe­riklu fit-12-il minuta meta Goncalo Bragnaca żmarkat waħdu, ra t-tentattiv  tiegħu jintemm fuq il-mimduda.

Iżda, fis-26 minuta, huma fetħu  l-iskor meta Shaun Dimech xeħet cross perfett li sab li DIEGO CARDOSO li għola fuq kulħadd u għeleb għal kollox lill-goalkeeper ta’ Sirens, Andrea Cassar.

Sirens wieġbu fit-28 minuta meta freekick ta’ Gilberto Martins ġie salvat mingħajr problema mill- goalkeeper Jake Galea.

Fid-29 minuta, Degran Jackson għadda tajjeb lejn Panayiotiu li b’akrobazija falla l-mira bi ftit.

Valletta rrispondew fil-ħin miżjud meta Cardoso mil-lemin għadda tajjeb lejn Shaun Dimech li minn pożizzjoni ċentrali kellu x-xutt jiġi devjat f’corner.

Fl-54 minuta Sirens kel­lhom ċans tajjeb li jġibu l-iskor indaqs meta xutt b’saħħtu mid-distanza ta’ Degran Jackson ġie salvat f’corner minn Grech.

Fil-65 minuta, Valletta rduppjaw l-iskor meta DIEGO CARDOSO approfittta minn indeċiżjoni tal-goalkeeper, Andrea Cassar, li nqabad barra minn postu, b’Cardoso jqabbeż il-ballun minn fuq l-istess Cassar.

Fl-84 minuta, Valletta aċċertaw mir-rebħa u t-tliet punti  meta SHAUN DIMECH ikkontrolla tajjeb u b’intuwizzjoni naturali għe­leb għal kollox lil Cassar.

SIRENS: 1-Andrea Cassar, 3-Daniel Murillo, 5-Prosper Boakye (29-Kwasi Donsu 82), 8-Nicholas Pulis, 9-Andreas Panayiotou, 10-Gilberto Martins (16-Krist Borg 87), 15-Konstantinos Ntampizas, 22-Alex Cini (77-Kevin Muscat 87), 23-Bismark Asare (Akadom Hafiz 67), 26-Sacha Borg, 31-Degran Jackson (96-Daniel Aguis 67) – Coach: Steve D’Amato

VALLETTA: 16-Jake Galea, 3-Juan Ramires Bolanos, 6-Enzo Ruiz, 8-Fernando Omar Barrientos, 10-Shaun Dimech, 11-Goncalo Braganca (9-Santiago Ferraris 70), 20-Federico Falcone (17-Zak Barbara 88), 22-Brandon Paiber, 23-Milan Jezdimirovic, 30-Luiz Prestes (14-Christian Gauci 88), 93-Die­go Cardoso (13-Jake Azzopardi 70)   – Coach: Vincenzo Po­tenza

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Thomas Debono

RABA’ UFF: Joseph Scerri

SKORERS: D. Cardoso 26, 57, S. Dimech 84 (V)

AMMONITI: A. Panayiotou (S), J. Ramires Bolanos, E. Ruiz, F. O. Barrientos, G. Braganca (V)

Sport