Sunday, December 22, 2024

Rebħa meritata għal Floriana kontra Sta Lucia

Aqra wkoll

Floriana ………2

Sta Lucia …….0

Floriana għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 2-0, liema skor iżda meta wieħed iqis l-okkażjonijiet perikolużi li ħolqu matul id-90 minuta, setgħu faċilment rebħu bi skor akbar.

Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta meta cross-shot insidjuż mix-xellug ta’ Maksim Valadzko kważi ħasad lill-goalkeeper, Francisco Da Paz Silva, bil-ballun finalment jintemm f’corner. 

Floriana fetħu l-iskor fit-28 minuta meta MATTIA VESELJI approfitta minn żball fl-attakk ta’ Santa Lucia, u b’xamma kbira għall-goal, permezz ta’ xutt fil-baxx, spara l-ballun fix-xibka.

Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lill-Greens li komplew fuq l-offensiva u ħames minuti wara Matheus de Sousa minn azzjoni ferm ideali tefa’ barra.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-36 minuta, Veselji, deher jitwaqqa’ minn difensur avversarju iżda r- referee Ishmael Barbara, ħalla l-logħob għaddej.

Fil-45 minuta, Carlo Zammit Lonardelli xeħet cross lejn Mattia Vesslji bit-tentattiv tiegħu jiġi devjat f’corner mid-difiża avversarja.

Mill-azzjoni li segwiet Zammit Lonardelli, li kellu logħba mill-aqwa, venven xutt kważi minn tarf il-kaxxa li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Da Paz.

Fid-59 minuta, il-Furjaniżi reġgħu ħolqu l-periklu meta  Matias Nicolas Garcia, ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ġie devjat f’corner mid-difiża tal-Luċjani.

Il-Greens komplew jiddominaw u, fis-70 minuta,  Maksim Valadzko kellu x-xutt tiegħu salvat bi bravura minn Da Paz, biex ftit sekondi biss wara, Mattia Vesslji, kellu x-xutt tiegħu imdawwar f’corner mill-is­tess Da Paz. 

Fit-73 minuta, Sta Lucia wieġbu għall-ewwel darba meta Aleksa Mrdja kellu t-tentattiv tiegħu salvat mill-goalkeeper, Georgi Kitanov.

Floriana reġgħu ħolqu l-periklu fis-77 minuta meta xutt mid-distanza tas-sostitut u debuttant, Jake Grech, għadda għoli.

Iżda fid-93 minuta, huma rduppjaw meta Willis Furtado għadda tajjeb lejn is-sostitut l-ieħor, Lorenzo Di Grazia , li minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.

FLORIANA: 33-Georgi Kita­nov, 4-Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji (22-Kyrian Nwoko 81), 10-Jose Ulises Arias (77-Aleandro Garzia 67), 11-Matheus De Sousa (94-Willis Furtado), 12-Dunstan Vella (24-Lorenzo Da Grazia 67), 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (8-Jake Grech 67), 42-Maksim Valadzjo, 55-Alexandos Kouro   – Coach: Mauro Camoranesi

STA LUCIA: 12-Carlo Da Paz Silva, 3-Mattias Ellul, 7-Steve Pisani, 8-Temitope Abraham (15-Adam Bradshaw 64), 17-Jurgen Pisani, 18-Aleksa Mrdja, 20-Gonzalo Nicolas Virano (27-Alessio Piazza 64), 21-Fabian Santiago Moracci, 33-Patrick De Oliveira (22-Hulk 46), Sven Xerri, Evandro Pinto Gomes (29-Jed Valletta 46)   – Coach: Alessandro Zinnari

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Slobodan Petro­vic

SKORERS: M. Veselji 28, L. Di Grazia 93 (F)

AMMONITI: O. El Hasni, D. Vella (F); E. Pinto Gomes (SL)

Ekonomija

Sport