Balzan ………… 1
Gudja United … 0
Paul Zammit kellu bidu pożittiv bħala coach ta’ Balzan hekk kif dawn kisbu rebħa minima fuq Gudja United.
Għalihom din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva wara r-rebħa fuq Gżira United il-ġimgħa li għaddiet. Bla dubju, kien mistenni aktar minnhom f’din il-logħba meta tqis li lagħbu għal 80 minuta b’vantaġġ numeriku wara li Gudja kellhom player imkeċċi.
Fil-fatt minkejja dan, Gudja taw sfida denja lill-avversarji tagħhom għalkemm ftit li xejn resqu lejn il-lasti.
Il-logħba malajr saret diffiċli għat-team ta’ Gudja hekk kif wara biss għaxar minuti spiċċaw jilagħbu b’għaxar players minħabba t-tkeċċija tal-captain Hubert Vella li żamm il-ballun b’idu biex iwaqqaf lil Alex da Paixao Alves li kien dieħel tajjeb waħdu wara ballun fit-tul mill-goalkeeper Jake Galea.
Fil-fatt fit-18-il minuta Balzan fetħu l-iskor meta Bojan Kaljevic avvanza tajjeb qabel għadda lejn Alex da Paixao li kompla l-ballun lejn MILOS MIJIC li b’xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa għeleb lil Glenn Zammit
Gudja rrispondew fl-34 minuta bi free-kick ta’ Aidan Friggieri mix-xellug li għadda ftit għoli mil-lasti difiżi minn Jake Galea u minuta wara, l-istess Friggieri reġa’ falla bi ftit b’xutt minn barra l-kaxxa wara li rċieva mingħand Mensah.
Minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Milos Mijic, kellu xutt fil-baxx milqugħ u erba’ minuti wara Ljubomirac niżżel il-ballun lejn Kaljevic iżda Zammit imblokka tajjeb.
Fit-63 minuta, is-sostitut Aleksa Andrejic tilef okkażjoni tajba meta tefa barra mill-viċin wara cross ta’ Zlatkovic. Tmien minuti wara, Ljubomirac daħal tajjeb fil-kaxxa u għadda l-ballun lejn Andrejic iżda l-goalkeeper ta’ Gudja mblokka f’ corner.
Minuta mit-tmiem, is-sostitut Suleiman Jalu seta’ għamilhom tnejn għal Balzan meta mill-viċin ra lil Zammit jimblokkalu l-ballun.
BALZAN: 12-Jake Galea, 3-Augustine Loof, 6-Marcus Grima, 8-Paul Fenech (7-Milan Djuric 52), 10-Alex da Paixao (20-Suleiman Jalu 84), 15-Michael Johnson, 18-Uros Ljubomirac, 19-Milos Zlatkovic (22-Gary Camilleri 84), 23-Milos Mijic, 86-Bojan Kaljevic (77-Aleksa Andrejic 59), 88-Sean Cipriott (21-Neil Frendo 84) – Coach: Paul Zammit
GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 5- Louis Beland (20-Leighton Grech 86), 7-Aidan Friggieri (24-Junior Dibola 72), 8-Rodolfo Soares, 10-Llywelyn Cremona, 17-Gabriel Mensah (11-Filip Pankarican 86), 22-Hubert Vella, 25-Farid Romero Zuniga, 27-Justin Grioli (18-Kyle Gatt 82), 92-Temitope Abdul, 99-Marcelo Dias – Coach: Thane Micallef
REFEREE: Andrea Sciriha
ASS. REFEREES: James Muscat, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Alex Johnson
SKORER: M. Mijic 18 (B)
AMMONIT: G. Camilleri (B)
TKEĊĊA: H. Vella 10 (GU)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Milos Mijic (Balzan)