Sunday, May 19, 2024

Libes ta’ Joker, ta n-nar ferrovija u nxteħet sieq fuq sieq ipejjep

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żagħżugħ liebes kostum ta’ Joker wettaq attakk b’sikkina fuq ferrovija f’Tokyo ftit qabel qabbad in-nar fl-istess ferrovija.

Passiġġieri fl-istazzjon ta’ Kokuryo dehru jiġru bil-biża’ hekk kif l-aggressur deher ixerred likwidu li jieħu n-nar fil-ferrovija u jagħtiha n-nar.

Skont il-midja Ġappuniża, minn tal-anqas 10 passiġġieri indarbu, inkluż raġel ta’ madwar 60 sena li jinsab f’qagħda kritika.

Is-suspettat huwa żagħżugħ ta’ 24 sena li kien arrestat fil-post u li qiegħed jiġi investigat fuq attentat ta’ qtil.

Rapporti fil-midja ddeskrivew liż-żagħżugħ bħala wieħed li baqa’ kalm sieq fuq sieq ipejjep sigaret qalb il-konfużjoni li qamet fuq il-ferrovija.

Sport