Friday, October 9, 2026
Home Sport Referee tal-lotta jmut wara inċident waqt ġlieda

Referee tal-lotta jmut wara inċident waqt ġlieda

0
75

Ir-referee tal-lotta, Gerardo German Pineda, magħruf bħala ‘El Buho’, miet fl-età ta’ 75 sena wara inċident waqt ġlieda fil-Messiku bejn Hijo de Fishman u Mascara Sagrada NG.

Pineda allegatament intlaqat bil-mossa pprojbita ‘martinete’, li tista’ tikkawża ġrieħi serji fl-għonq u fis-sinsla tad-dahar. Wara li ndunaw li ma kienx qed jiċċaqlaq, iż-żewġ wrestlers waqqfu l-ġlieda u ssejħu l-paramediċi, iżda Pineda ġie ddikjarat mejjet fuq il-post.

Skont rapporti, Hijo de Fishman ġie arrestat fuq suspett ta’ omiċidju involontarju. Huwa qed jistenna seduta biex jiġi deċiż jekk jitressqux akkużi formali kontrih. Il-promoturi El Patron esprimew id-dispjaċir tagħhom u kkonfermaw li qed jikkooperaw mal-awtoritajiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here