Enzo Maresca żvela li kellu taħditiet importanti mal-ogħla diriġenti ta’ Manchester City minn meta l-club instab ħati ta’ 114-il ksur tar-regoli finanzjarji tal-Premier League.
Is-City qed jiffaċċjaw diversi sanzjonijiet possibbli, fosthom it-tkeċċija mill-kampjonat, sakemm joħroġ ir-riżultat tal-appell.
Il-coach Taljan qal li għandu fiduċja sħiħa fis-sidien, fil-kap eżekuttiv u fid-direttur sportiv tal-club, u insista li s-City se jirbħu l-appell.
Maresca qal ukoll li Pep Guardiola, li telaq fis-sajf wara 10 snin fit-tmexxija, huwa dejjem mistieden jirritorna fil-club. Guardiola mistenni jattendi għal-logħba kontra Paris Saint-Germain nhar l-Erbgħa.
Sadanittant, Maresca qed jipprepara lit-team għal konfront diffiċli kontra Liverpool f’Anfield, nhar il-Ħadd.




