Tuesday, December 24, 2024

Rekord ta’ iktar mnn 800,000 passiġġier għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Aqra wkoll

Aktar minn 800,000 passiġġier għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta f’Mejju. Din kienet l-ewwel darba li l-ajruport kiseb dawn ir-riżultati f’Mejju, hekk kif din iċ-ċifra ntlaħqet f’Lulju s-sena l-oħra.

Fil-fatt, it-858,402 movimenti li ġew irreġistrati f’Mejju sarrfu f’żieda ta’ 18.2 fil-mija, iġifieri iktar minn 132,000 tluq jew wasla, fuq il-volumi record miksuba f’Mejju 2023.

Din iż-żieda fin-numru ta’ passiġġieri ġiet osservata b’mod parallel ma’ żieda ta’ 13.8 fil-mija fl-għadd ta’ titjiriet, b’total ta’ 5,607 titjira matul ix-xahar, kif ukoll tkabbir ta’ 14.1 fil-mija fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet.

Domanda b’saħħitha għall-ivvjaġġar bl-ajru flimkien mal-utilizzazzjoni effiċenti tal-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet irriżultaw ukoll f’seat load factor ta’ 85.9 fil-mija.

L-ikbar swieq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta baqgħu l-Italja, ir-Renju Unit u l-Ġermanja, li flimkien kienu responsabbli għal ftit iktar minn 50% tat-total tat-traffiku li għadda mill-ajruport. Filwaqt li Franza u l-Polonja kienu r-raba’ u l-ħames l-aktar swieq importanti għall-ajruport, rispettivament, is-suq Pollakk irreġistra l-aktar tkabbir b’saħħtu, meta t-traffiku minn u lejn din id-destinazzjoni żdied bi 62.4 fil-mija fuq Mejju tal-2023.

Ekonomija

Sport