Numru ta’ residenti mis-Siġġiewi ġew evakwati minn djarhom wara li qabdet għalqa fi Triq Dun Manwel Zammit fis-Siġġiewi.
Il-każ seħħ il-Ħamis għall-ħabta tat-8:00 p.m u minnufih intervjenew uffiċjali tal-pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Filwaqt li l-pumpiera kienu involuti f’ħidma li damet madwar siegħa, il-pulizija għalqu parti mit-triq u ħadu ħsieb li jiddevvjaw it-traffiku.
Intant wieħed mir-residenti allega li l-għalqa kienet mimlija żibel mitfugħ b’mod irresponsabbli. Huwa appella lir-residenti kif ukoll lil dawk li jżuru l-lokalità biex ikunu responsabbli sabiex il-problema tal-iskart fit-toroq ta’ pajjiżna tkun tista’ tibda tiġi indirizzata bis-serjetà.