Tuesday, September 15, 2026
Home Sport Richarlison jesprimi d-diżappunt wara li tħalla barra mil-logħba kontra Liverpool tal-League Cup

Richarlison jesprimi d-diżappunt wara li tħalla barra mil-logħba kontra Liverpool tal-League Cup

0
56

Richarlison esprima d-diżappunt tiegħu wara li tħalla barra mill-iskwadra ta’ Tottenham għall-partita tal-League Cup kontra Liverpool, minkejja li kien disponibbli biex jilgħab. Il-Brażiljan tneħħa wkoll mill-ewwel team fil-Premier League, iżda xorta seta’ jkun involut fil-konfront tal-League Cup.

Jidher li l-coach, Roberto De Zerbi, qal li Richarlison “mhux se jilgħab anke jekk ikun disponibbli”. L-attakkant wieġeb fuq il-midja soċjali b’messaġġ qasir iżda ċar: “Għaliex?”

Is-sitwazzjoni tiġi fi żmien diffiċli għal Tottenham, li għadhom ma skorjawx f’erba’ logħbiet tal-Premier League. Richarlison kien l-aqwa skorer tat-team l-istaġun li għadda, iżda ma kienx inkluż fl-iskwadra.

Madankollu De Zerbi,  sostna li jemmen fil-kwalitajiet tal-players tiegħu u fil-proġett il-ġdid tal-club. Huwa qal li bidliet kontinwi fil-players jew fil-coach ma jiggarantux titjib, u enfasizza l-importanza tal-paċenzja, l-umiltà u l-fiduċja.

Tottenham jinsabu fis-17-il post tal-klassifika, b’żewġ punti biss minn erba’ partiti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here