Tuesday, September 15, 2026
Home Sport Athletics Malta tħabbar ir-Road Running League għall-istaġun 2026/27

Athletics Malta tħabbar ir-Road Running League għall-istaġun 2026/27

0
81

Athletics Malta ħabbret l-programm tal-Kampjonat tar-Road Running għall-2026/2027, b’sensiela ta’ sitt tlielaq fuq l-istess mudell tal-aħħar żewġ staġuni.

Il-kampjonat se jkun jinkludi tliet tlielaq tal-5km u tlieta ta’ 10km, bil-programm jinkludi erba’ tlielaq popolari madwar Malta u Għawdex kif ukoll tnejn oħra li jservu bħala l0Kampjonati Nazzjonali tal-5k u t-10k organizzati minn Athletics Malta f’Ta’ Qali. Is-sitt tlielaq se jsegwu rotta mkejla u ċċertifikata minn World Athletics, biex ikun żgurat li d-distanzi huma korretti u l-prestazzjonijiet huma rikonoxxuti għal skopijiet uffiċjali, fosthom rekords u kwalifikazzjonijiet għall-kompetizzjoni internazzjonali.

Il-Kampjonat tar-Road Running 2026/2027 se jibda fl-1 ta’ Novembru b’tellieqa ta’ 10km fin-Nadur segwita minn 5k fis-6 ta’ Diċembru organizzata minn Rush AC f’Ħal Safi.

Wara, Athletics Malta se torganizza l-Kampjonat Nazzjonali tal-10k f’Ta’ Qalif l-24 ta’ Jannar, bis-serje mbagħad tkompli f’10k oħra organizzata minn St Patrick’s fid-19 ta’ Marzu. Il-Kampjonat Nazzjonali tal-5k se jsir f’Ta’ Qali fil-11 ta’ April, fil-kampjonat jintemm b’tellieqa ta’ 5k organizzata minn Libertas fit-23 ta’ Mejju.

Għal staġun ieħor, il-Kampjonat ta’ Athletics Malta tar-Road Running mistenni jattira l-aqwa atleti Maltin kif ukoll runners dilettanti. Min-Novembru li ġej, Gabriel Farrugia u Roberta Schembri se jkunu qed jiddefendu t-titli individwali, filwaqt li Żurrieq Wolves se jfittxu li jżommu t-titlu fil-kategorija tal-irġiel kif ukoll dik imħallta.

Ir-reġistrazzjonijiet huma miftuħa, bl-atleti mitluba jirreġistraw permezz tal-klabb affiljat tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here