Saturday, December 21, 2024

Riklam ta’ sports bra pprojbit minħabba nudità

Twitter ma ssib l-ebda ksur ta' termini u tħalli r-riklam minkejja l-ilmenti

Aqra wkoll

Id-ditta rinomata Adidas kienet mitluba mill-awtorità tal-istandards biex tneħħi riklam ta’ sports bra minħabba nudità.

Fi Tweet mxerrda fi Frar li għadda, id-ditta esponiet is-sider ta’ 20 mara ta’ karnaġġjonijiet, daqs u forom differenti u mehmuża kien hemm il-kwotazzjoni “Aħna nemmnu li sider il-mara jixraqlu sapport u kumdità f’kull daqs u forma”.

L-Awtorità għall-Istandards tar-Reklamar (ASA) rċeviet 24 ilment dwar l-imsemmi riklam fejn fost l-oħrajn kien hemm min ilmenta dwar in-nudità kif ukoll dwar sessiżmu fejn in-nisa “bħal donnhom ġew ridotti għal partijiet ta’ ġisimhom”. 

Adidas UK qalet li r-riklam kien maħsub li jirrifletti u jiċċelebra nisa b’sider ta’ daqs u forom differenti filwaqt li jżid id-diversità. Spjegat li l-uċuħ tan-nisa ġew maqtugħin biex tiġi mistura l-identità tagħhom, anke jekk huma fehmu l-ħsieb tar-riklam li kellu warajh messaġġ b’saħħtu ta’ għarfien dwar id-diversità.

L-ASA kompliet tgħid li minkejja li bħala awtorità ma tikkunsidrax ir-riklam bħala wieħed li jiproġetta lin-nisa b’mod sessist jew li jidhru forma ta’ oġġetti, il-mod ta’ kif ġie proġettat ir-riklam seta’ jitqies bħala materjal espliċitu ta’ nudità.

Il-pjattaforma ta’ Twitter ukoll irrapurtat li waslulha xi lmenti, iżda ma sabitx ksur fit-termini tal-użu tas-servizzi tagħhom.

Ekonomija

Sport