Thursday, October 22, 2026
Home Sport Rio Ngumoha s-suċċessur denju ta’ Mohamed Salah?

Rio Ngumoha s-suċċessur denju ta’ Mohamed Salah?

0
58

Il-winger żagħżugħ ta’ Liverpool, Rio Ngumoha, qed jinagħata attenzjoni kbira wara l-wirja eċċellenti li kellu fir-rebħa ta’ 4-3 fuq Villarreal fil-UEFA Champions League, meta pprovda żewġ assists f’74 minuta u għen lit-team idawwar żvantaġġ ta’ żewġ goals. 

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena sar it-tielet l-iżgħar player li pprovda żewġ assists f’partita waħda tal-kompetizzjoni. Il-prestazzjoni tiegħu qanqlet paraguni ma’ Mohamed Salah, li ħalla lil Liverpool fi tmiem l-istaġun li għadda wara disa’ snin mal-club. 

Bosta partitarji qed jispekulaw dwar ir-rabta bejn l-iżvilupp ta’ Ngumoha u t-tluq tal-Eġizzjan u għaldaqstant kulħadd qed jara lil Rio bħala s-suċċessur denju ta’ Salah.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here