Thursday, October 22, 2026
Home Sport Kimi Antonelli pass ’il bogħod milli jsir l-iżgħar champion fl-istorja tal-Formula 1

Kimi Antonelli pass ’il bogħod milli jsir l-iżgħar champion fl-istorja tal-Formula 1

0
62

Kimi Antonelli jinsab viċin li jagħmel l-istorja tal-Formula 1, hekk kif jista’ jsir l-iżgħar champion dinji fl-istorja tal-isport saħansitra fil-Grand Prix tal-Istati Uniti ta’ nhar il-Ħadd li ġej. 

Is-sewwieq Taljan ta’ Mercedes, li għandu 20 sena, għandu vantaġġ ta’ 102 punti fuq sieħbu George Russell fil-klassifika tal-kampjonat wara li spiċċa fit-tielet post fis-Singapore Grand Prix. 

Madankollu, biex jiċċelebra t-titlu f’Austin, Antonelli jrid jirbaħ it-tiġrija, Russell jispiċċa fid-disa’ post jew agħar, u Lewis Hamilton ma jispiċċax ogħla mill-ħames post.

Jekk jirnexxielu, Antonelli jikser ir-rekord ta’ Sebastian Vettel, li rebaħ l-ewwel titlu tiegħu fl-2010 fl-età ta’ 23 sena. Huwa jkun ukoll l-ewwel champion Taljan tal-Formula 1 minn Alberto Ascari fl-1953. 

Minkejja l-vantaġġ konsiderevoli, it-team Mercedes jemmen li r-rebħ tat-titlu f’Austin għadu possibbiltà relattivament żgħira, u l-kampjonat jista’ jiġi deċiż fit-tellieqa ta’ wara fil-Messiku. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here