Wednesday, April 24, 2024

Rishi Sunak b’mira li jġib fazzjonijiet flimkien wara r-reshuffle tal-Kabinett

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-ewwel jum tiegħu bħala Prim Ministru tal-Ingilterra, Rishi Sunak ħatar il-Kabinett tiegħu tal-Ministri. 

F’diskors fuq l-għatba ta’ 10, Downing Street, huwa qal li ried iġib il-pajjiż u l-partit flimkien, filwaqt li wiegħed stabbiltà ekonomika u fiduċja.

Ir-reshuffle tal-Kabinett ra wħud mill-għażliet bħala prevedibbli waqt li kien hemm oħrajn li ssorprendew lill-membri parlamentari.

Fost l-aktar ħatriet li ġibdu l-għajn kien hemm ir-ritorn ta’ Suella Braverman bħala ‘home secretary’. Hija kienet irriżenjat ftit tal-jiem ilu minn dan l-irwol wara ksur tas-sigurtà, meta bagħtet dokument tal-gvern lil xi ħadd mhux awtorizzat biex jirċevih. 

Sunak ġab lura wkoll xi partitarji tiegħu u tahom ukoll xi rwoli. Fost dawn hemm Dominic Raab, Steve Barclay u Oliver Dowden, li kienu figuri ewlenin fil-kampanja tiegħu matul is-sajf u li issa ġew ippremjati għal-lealtà tagħhom bi rwoli fil-Gvern. 

Ir-ritorn tas-Sur Dowden kien milqugħ mill-eks Ministru tal-Kabinett Sir David Lidington. Simon Hart se jkun il-Whip ewlieni responsabbli mid-dixxiplina tal-partit u l-benesseri tal-Membri Parlamentari. 

Ġie rrappurtat li dan l-irwol se jkun ewlieni, wara xhur ta’ ġlied intern biex jantiċipa kwalunkwe ribelljoni jew kunflitt potenzjali u jżomm lill-Membri tal-Partit Konservattiv jimxu mal-linja tal-partit.

Huwa kiseb esperjenza fil-Kabinett bħala l-eks Segretarju minn Wales, iżda wkoll l-esperjenza biex jipprova jġib flimkien fazzjonijiet differenti tal-partit – xi ħaġa li għamel matul is-snin tal-Brexit. 

Nadhim Zahawi, kanċillier għal perjodu qasir matul is-sajf, tniżżel għal president tal-partit. L-alleat ta’ Boris Johnson, Jake Barry, l-eks Chairman tal-Partit tħalla barra bħalma ġara lill-eks Segretarju Simon Clarke, li kien jappoġġja lil Liz Truss u l-pjanijiet tagħha. 

Sport