F’bidu ta’ sena ġdida, il-Ġermanja qed tesperjenza sfidi kbar fl-industriji tal-ikel, fosthom ristoranti, kafeteriji u l-lukandi. Dan wara d-deċiżjoni tal-Gvern li jgħolli r-rata tal-VAT fuq l-ikel minn 7% għal 19%.
Din iż-żieda fit-taxxa se tkun qegħda twassal għal prezzijiet ogħla għall-konsumatur.
Bosta msieħba soċjali fil-pajjiż, bassru li kawża ta’ dan kollu, se jkun hemm madwar 12,000 kumpanija fl-industriji li se jkunu affetwati minn b’din ir-rata ogħla ta’ VAT.
Wara li għaddiet il-pandemija tal-Covid-19, il-kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz kien wiegħed li l-VAT mhux se tiżdied. Madanakollu, it-taxxa reġgħet lura għal-livell ta’ qabel il-pandemija.