Wednesday, October 9, 2024

Darts: Kevin Aquilina jirbaħ tournament fl-Imqabba

Aqra wkoll

Kevin Aquilina rebaħ il-Gerald Debattista Tournament organizzat mill-klabb tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba.

Aquilina kien f’forma mill-aqwa meta wara li rebaħ il-logħbiet tal-grupp, avvanza għall-fażi eliminatorja fejn anke għeleb lill-finalista Stephen Tagliaferro.

Sadanittant, Eucharist Baldacchino u Emanuel Borg spiċċaw fit-tielet post b’Liliana Abela li rreġistrat l-aqwa finish tat-tournament.

B’kollox ipparteċipaw 51 plejer f’dan it-tournament li kien qed jonora plejer li għal ħafna snin libes il-flokk ta’ Mqabba tal-Ġilju u li kellu ċ-ċans jirbaħ il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni fil-passat.

Sport