Thursday, March 28, 2024

RITRATTI: Ir-riħ se jkompli jippersisti sa għada

Aqra wkoll

Ir-riħ mill-Majjistral (NW) qawwi u frisk ħakem il-gżejjer Maltin l-aktar matul il-jiem tal-bieraħ u llum.

Ir-riħ beda minn forza 5 għal forza 6 bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, li żdied għal aktar qawwi b’xi buffuri forza 7 kultant bejn ilbieraħ filgħaxija u llum. 

Fost twissijiet oħrajn, dawk b’dgħajjes żgħar, kienu mħeġġin ma jħalluhomx mingħajr marbat u l-għawwiema kienu mħeġġin jevitaw bajjiet fejn jaqbel dan ir-riħ fosthom Fomm ir-Riħ, il-Ġnejna, Għajn Tuffieħa u l-Mixquqa.

Din it-twissija tibqa’ valida sa għada hekk kif skont it-tbassir tat-temp maħruġ mis-sit It-Temp Madwarna u dak tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qegħdin ibassru li għada se tonqos il-qawwa tar-riħ.

Ekonomija

Sport