It-toroq ewlenin tal-Ħamrun kienu mżewqa b’għadd kbir ta’ nies biex jiċċelebraw il-festa ta’ San Gejtanu… b’dik ta’ din is-sena kienet aktar mistennija wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija.



Il-festa tal-Ħamrun tibqa’ magħrufa għall-marċ tradizzjonali tal-Ħadd li jiġbed lejh mijiet, jekk mhux eluf, ta’ nies minn madwar il-pajjiż, kemm dawk mill-Ħamrun u anke oħrajn li mhumiex.




Spikkaw f’dan il-marċ, il-kuluri ħomor u blu, sinonimi maż-żewġ każini ewlenin, kif jixhdu dawn ir-ritratti miġbuda mill-fotografu tagħna Roger Azzopardi.