Tuesday, May 14, 2024

Premier Ingliż: Manchester United megħluba minn Brighton

Aqra wkoll

Manchester United kellhom bidu ferm negattiv fil-Premier League 2022/23 meta f’darhom ġew megħluba minn Brighton bl-iskor ta’ 2-1.

Kienet ukoll l-ewwel partita kompetittiva għall-coach il-ġdid, Erik ten Hag, li kienet waħda diżastruża konxju mill-fatt li għandu ħafna problemi x’isolvi fil-futur.

Il-goals ta’ Brighton waslu fl-ewwel taqsima minn doppjetta ta’ Pascal Gross (30, 39) filwaqt li r-Red Devils naqqsu l-marġin tal-iskor minn auto-goal ta’ Alexis Mac Allister (68).

Ta’ min jgħid ukoll li Cristiano Ronaldo ġie utilizzat bħala sostitut meta daħal jilgħab fit-53 minuta fil-post ta’ Fred.

1 kumment

  1. Allura transport Malta ma ghandiex dipartiment li jiccekkjaw liema karozzi ghalqitilhomx il LICENZJA.Din il gimgha rajna li trakkijiet tal gar gew mwaqfau saru rapport.U lohrajn se jsir specjalment trakkijiet tal barrier u gar goff?

Comments are closed.

Sport