Thursday, May 16, 2024

L-Istati Uniti takkuża liċ-Ċina b’irresponsabbiltà wara li ppruvat twettaq attakk fuq it-Tajwan

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Istati Uniti akkużat lil Beijing b’azzjonijiet “provokattivi” u “irresponsabbli” wara li t-Tajwan qal li ċ-Ċina ppruvat twettaq attakk fuq il-gżira. 

It-Tajwan qal li wieġeb għad-drills taċ-Ċina, issa fir-raba’ ġurnata tagħhom, billi matul il-jum tal-Ħadd skjera ajruplani u vapuri.

Dawn it-tensjonijiet isegwu l-vjaġġ lejn it-Tajwan li saret minn delegazzjoni Amerikana mmexxija mill-Ispeaker Nancy Pelosi. Iċ-Ċina tqis din iż-żjara bħala sfida għat-talbiet tagħha ta’ sovranità fuq it-Tajwan, li tara lilha nfisha bħala distinta. 

Il-ministeru tad-difiża tat-Tajwan qal li l-vapuri u l-ajruplani Ċiniżi wettqu operazzjonijiet fl-istrett tat-Taljwan fi tmiem il-ġimgħa, b’uħud jaqsmu l-linja medjana. 

Il-militar tat-Tajwan qal li wieġeb “b’mod xieraq” għal dawn l-eżerċizzji, li ddeskriviehom bħala attakk simulat fuq il-gżira.

Sport