Wednesday, April 24, 2024

RITRATTI: Raġel imut fi sparatura fl-Imqabba

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga sparatura illi seħħet tard ilbieraħ bil-lejl, fl-Imqabba. F’dan il-każ, raġel ta’ 27 sena tilef ħajtu, waqt li żagħżugħ ta’ 17-il sena jinsab rikoverat fl-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ, li qed jitmexxew mill-Iskwadra tal-Omiċidji fi ħdan d- Dipartiment tar-Reati Maġġuri, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett, għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji se jingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li se ssir llum fl-10:30 a.m, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana.

Aktar qabel: Raġel tilef ħajtu u ieħor ittieħed l-isptar wara sparatura li seħħet ilbieraħ għall-ħabta tal-11:30 p.m fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li kien hemm persuna oħra involuta fl-isparatura. Jidher li din il-persuna ttieħdet l-Isptar iżda l-kundizzjoni tagħha għadha mhijiex magħrufa. Fil-post issejħu minnufih numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija kemm tad-distrett u kif ukoll dawk tar-Rapid Intervention Unit.

Fil-post issejħu ambulanzi mill-isptar Mater Dei flimkien ma’ membri mis-Soċjeta tas-Salib l-Aħmar.

Sport