Wednesday, December 25, 2024

Robert Abela fdat 19.3% aktar minn Bernard Grech

Aqra wkoll

Konsistenza fl-appoġġ lejn il-mexxej Labrusita

Wieħed jista’ jinnota li kien hemm ftit li xejn ċaqliq fil-fiduċja bejn il-mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela; u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. 

Meta applikata l-Multiple Imputation Technique, il-mexxej Laburista Robert Abela huwa fdat 19.3% aktar mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. 

Filwaqt li 52.1% jafdaw lil Robert Abela biex imexxi l-pajjiż, 32.8% tal-elettorat għandhom fiduċja f’Bernard Grech. Waqt li 10.2% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 4.4% wieġbu ma jafux u 1.2% qalu li jafdaw mexxejja oħra.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 87.1% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 1.7% wieġbu Bernard Grech, 8.2% qalu li ma jafdaw lil ħadd, 3.4% wieġbu li ma jafux. 

Mill-banda l-oħra, fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 73.4% wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech, 4.7% qalu li Robert Abela, 13.1% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 7.9% rrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, 1.0% qalu oħrajn.

Meteodoloġija

Dan l-istħarriġ sar b’kampjun ta’ 1,000 persuna b’confidence level ta’ 95% u marginal of error ta’ +/- 3.1% fost persuni minn 16-il sena ’l fuq. Għal dan l-istħarriġ intuża l-metodu tal-istratified random sampling, biex b’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies, id-distretti u s-sess tagħhom.

Ekonomija

Sport