Wednesday, April 24, 2024

Robert Abela fdat 22.5% aktar minn Bernard Grech

Aqra wkoll

Fl-aħħar ġimgħa tal-kampanja elettorali, il-mexxej Laburista ikkonsolida l-fiduċja fost l-elettorat, b’Robert Abela huwa fdat 22.5% aktar mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. Meta applikata l-Multiple Imputation Technique jirriżulta li 53.5% wieġbu li Robert Abela huwa l-aħjar mexxej biex imexxi l-pajjiż, 31.0% jagħżlu lil Bernard Grech. Waqt li 9.5% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 5.2% wieġbu ma jafux u 0.8% qalu li jafdaw mexxejja oħra.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 88.0% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 2.1% wieġbu Bernard Grech, 6.9% qalu li ma jafdaw lil ħadd, 1.7% wieġbu li ma jafux, 1.2% ma weġbux u 0.1% qalu oħrajn.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 70.5% wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech, 7.1% qalu li Robert Abela, 9.5% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 8.1% qalu li ma jafux, 4.3% ma weġbux u 0.5% qalu oħrajn. 

Meteodoloġija 

Dan l-istħarriġ sar bejn it-18 ta’ Marzu u 23 ta’ Marzu, b’kampjun ta’ 1,800 persuna b’confidence level ta’ 95% u marginal of error ta’ +/- 2.3% fost persuni minn 16-il sena ’l fuq. Għal dan l-istħarriġ intuża l-metodu tal-istratified random sampling, biex b’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies, id-distretti u s-sess tagħhom. 

L-istatistiku Dott. Vincent Marmarà 

B.Sc (Hons.)(Melit.) M.Sc (Sheff.) Statistics, Ph.D(Stir). FRSS, KLJ

Dott. Vincent Marmarà huwa statisitku u riċerkatur bi professjoni. Huwa kiseb l-ewwel grad tiegħu fl-Istatistika, Riċerka Operattiva u Matematika mill-Università ta’ Malta. Aktar tard avvanza l-istudji tiegħu billi kiseb Masters of Science fl-Istatistika mill-Università ta’ Sheffield fir-Renju Unit. Wara kiseb id-Dottorat tiegħu fil-Matematika (Statistika) mill-Università ta’ Stirling, l-Iskozja, fejn speċjalizza fuq l-istudju relatat mal-epidemoloġija. F’dawn l-aħħar 15-il sena huwa kien fdat b’diversi proġetti ta’ riċerka kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Huwa mexxa gruppi ta’ riċekra u analizza data xjentifika ta’ livelli għolja. Dr Marmarà huwa lettur fil-Fakultà tal-FEMA, fl-Università ta’ Malta, u huwa affiljat mar-Royal Statistical Society tar-Renju Unit. Marmarà ilu jippubblika stħarriġ tal-opinjoni pubblika għal dawn l-aħħar snin, u magħruf għall-preċiżjoni tiegħu fihom. 

Sport