Sunday, December 22, 2024

Robert Abela fdat 22% aktar minn Bernard Grech

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela baqa’ jżomm appoġġ b’saħħtu fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni

Meta applikata l-Multiple Imputation Technique, il-mexxej Laburista Robert Abela huwa fdat 22% aktar mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. 

Filwaqt li 52.5% jafdaw lil Robert Abela biex imexxi l-pajjiż, 30.5% tal-elettorat għandhom fiduċja f’Bernard Grech. Mill-banda l-oħra, 10.0% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 5.8% wieġbu ma jafux u 1.2.% qalu li jafdaw mexxejja oħra.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 84.0% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 1.0% wieġbu Bernard Grech, 5.1% qalu li ma jafdaw lil ħadd, 9.4% rrifjutaw li jwieġbu jew ma jafux, 0.5% wieġbu oħrajn.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 71.2% wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech, 6.7% qalu li Robert Abela, 11.8% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 9.3% rrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, 1.0% qalu oħrajn.

Meteodoloġija 

Dan l-istħarriġ sar b’kampjun ta’ 1,000 persuna b’confidence level ta’ 95% u marginal of error ta’ +/- 3.1% fost persuni minn 16-il sena ’l fuq. Għal dan l-istħarriġ intuża l-metodu tal-istratified random sampling, biex b’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies, id-distretti u s-sess tagħhom. 

Ekonomija

Sport