Wednesday, April 24, 2024

Roberto Firmino jirritorna għat-taħriġ ma’ Liverpool

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Liverpool, Roberto Firmino, irritorna għat-taħriġ wara aktar minn xahar barra mil-logħob minħabba injury fil-hamstring.

Il-Brażiljan sofra l-injury waqt ir-rebħa ta’ 2-0 taċ-Champions League ta’ Liverpool fuq Atletico Madrid fil-bidu ta’ Novembru, bil-manager Jurgen Klopp jikkonferma dak iż-żmien li l-injury kienet “serja”.

Madankollu, Firmino reġa’ kien qed jitħarreġ ma’ sħabu nhar il-Ħamis u issa jista’ jkun fil-kontestazzjoni li jiġi utilizzat waqt il-konfront tas-Sibt fil-Premier League ma’ Aston Villa.

Liverpool lagħbu seba’ logħbiet waqt l-assenza ta’ Firmino, fejn rebħu kull waħda mill-aħħar sitt partiti konsekuttivi fil-kompetizzjonijiet kollha.

Joe Gomez u Naby Keita wkoll kellhom sehem fit-taħriġ billi dan l-aħħar irkupraw ukoll minn injuries.

Dan wasal f’nofs skeda ta’ partiti mimlija għar-Reds, li diġà lagħbu tlieta mid-disa’ partiti tagħhom f’Diċembru.

Wara li fi tmiem il-ġimgħa huma se jaffrontaw lil Aston Villa, Liverpool imbagħad se jiffaċċjaw lil Newcastle United, Tottenham Hotspur u Leicester City qabel il-Milied.

Sport