Roberto Mancini irriżenja minn coach tal-Italja wara ħames snin fit-tmexxija.
It-Taljan ta’ 58 sena ħa r-responsabbiltá tat-tea, wara li naqsu milli jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 2018 u wassahom għar-rebħ tal-Euro 2020, meta għelbu lill-Ingilterra bil-penalties fil-finali f’Wembley.
It-team kompla bir-rekord dinji ta’ 37 logħba bla telfa iżda mbagħad naqas milli jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2022.
Is-suċċessur tal-eks manager ta’ Manchester City se jiġi msemmi “fil-jiem li ġejjin”.
“L-FA Taljana tħabbar li ħadet nota tar-riżenja ta’ Roberto Mancini mill-kariga ta’ cocah tat-team nazzjonali Taljan, li waslet tard ilbieraħ filgħaxija,” qalet l-FIGC.
L-Italja jinsabu t-tielet fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni tagħhom għall-Euro 2024, meta f’Marzu tilfu kontra l-Ingilterra immexxija mill-coach Gareth Southgate.
Il-partiti li jmiss tagħhom huma kontra l-Maċedonja fid-9 ta’ Settembru u l-Ukrajna fit-12 ta’ Settembru.
L-eks midfielder tal-Italja u Sampdoria, Mancini, mexxa lil Manchester City għall-ewwel titlu tagħhom tal-Premier League fl-2012. Minbarra s-suċċess tiegħu fil-Euro. f’Lulju 2021, l-Italja spiċċat it-tielet fin-Nations League, f’Ġunju.
Huwa kien kien taħt pressjoni wara li l-Italja naqset milli tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar, f’Marzu 2022, meta tilfet kontra l-Maċedonja ta’ Fuq fil-play-offs.