Friday, September 13, 2024

Rodrygo joħloq polemika ma’ France Football

Aqra wkoll

Il-plejer Brażiljan ta’ Real Madrid Rodrygo xejn ma ħadha tajjeb li ġie eskluż mil-lista tal-aqwa 30 li se jkunu qed jikkontendu bejniethom ir-rebħa tal-ballun tad-deheb.

Fil-fatt, ir-rivista Franċiża France Football ħabbret dawn it-30 plejer iżda ħalliet barra lill-plejer ta’ 23 sena li mar fuq il-midja soċjali tiegħu sabiex jikkritika din l-għażla. Hu deher f’ritratt bit-tliet trofej mirbuħa minn Real Madrid iġifieri l-UEFA Champions League, La Liga u l-Copa del Rey. Hu qal li din ir-rivista ma tafx tagħżel sew il-plejers u ppretenda li jkun fost l-aqwa 30.

Fl-istaġun li għadda, Rodrygo lagħab 51 darba mal-Merengues filwaqt li skorja 17-il gowl filwaqt li serva disa’ assists.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport