Thursday, April 18, 2024

Roger Federer se jsellem lit-tennis fl-aħħar logħba tiegħu fil-Laver Cup

Aqra wkoll

L-aħħar logħba tal-karriera ta’ Roger Federer se tarah jilgħab flimkien mar-rival antik tiegħu, Rafael Nadal, fid-doubles tal-Laver Cup, il-Ġimgħa.

Iż-żewġ players se jirrappreżentaw Team Europe kontra Jack Sock u Frances Tiafoe ta’ Team World, fl-O2 Arena ta’ Londra.

Qabel din il-logħba, Andy Murray jilgħab kontra Alex de Minaur.

Federer, rebbieħ ta’ 20 Grand Slams, ftit tal-jiem ilu ħabbar li kien se jirtira għal kollox u l-Laver Cup se tkun l-aħħar kompetizzjoni li se jilgħab.

L-Isvizzeru ta’ 41 sena qal li jħossu onorat li se jilgħab l-aħħar logħba tiegħu flimkien mal-Ispanjol Nadal ta’ 36 sena li rebaħ 22 titlu.

“Naturalment, huwa super speċjali li nilgħab ma’ Rafa. Ninsab kuntent li għandi lilu fit-team tiegħi u din id-darba mhux se nilgħab kontrih.”

Ekonomija

Sport