Thursday, April 18, 2024

Blackball: Jitilgħu l-poloz tal-kampjonat mondjali

Aqra wkoll

Il-Ħamis filgħaxija ttellgħu l-poloz tal-Kampjonat Mondjali tal-Blackball li se jsiru fil-belt Franċiża ta’ Albi f’xandira diretta li saret fuq stazzjon tat-televiżjoni Franċiż.  

Fil-kategorija tal-irġiel, it-tim Malti huwa magħmul minn Johan Attard, Mervick Zammit, Clint Grima, Leon Azzopardi, Owen Amato, Ryan Pisani u Dejan Grech bit-team manager li  huwa Clevion Micallef.  

Sadanittant il-polza laqqgħet lil Malta ma’ Katalunja, l-Alġerija, l-Ingilterra, il-Belġju u l-Marokk.  

Fl-istess waqt f’dawn il-kampjonati li se jsiru bejn it-8 u l-15 t’Ottubru li ġej, Malta se tkun qed tieħu sehem ukoll fil-kategorija Seniors u Juniors.  

Ekonomija

Sport