Sunday, May 5, 2024

Thomas Tuchel jista’ jitkeċċa mill-Ingilterra

Aqra wkoll

Il-coach Ġermaniż, Thomas Tuchel, jista’ jitkeċċa mill-Ingilterra minħabba problema tal-viża hekk kif jinsab bla xogħol.

Dan minħabba li ftit tal-jiem ilu tkeċċa mill-kariga tiegħu minn  Chelsea wara bidu ħażin tal-istaġun, bit-telfa ta’ 1-0 kontra Dinamo Zagreb, fis-6 ta’ Settembru, kellha tkun l-aħħar partita tiegħu fir-responsabbiltá tat-team tal-Pensioners. 

Il-coach ta’ Brighton, Graham Potter, inħatar bħala s-suċċessur tiegħu fejn Chelsea ħallsu kumpens ta’ £21 miljun lis-Seagulls. 

Min-naħa ta’ Tuchel, dan għadu  jgħix ħdejn il-ground tat-taħriġ ta’ Chelsea, f’Cobham, fejn it-tfal tiegħu jmorru l-iskola f’Surrey. 

Peró, minħabba l-Brexit, Tuchel  jista’ jingħata ultimatum ta’ ġranet biex jitlaq mill-pajjiż.

Sport