Thursday, September 19, 2024

Roma interessati f’Kevin Danso

Aqra wkoll

Roma qed isegwu l-profil ta’ Kevin Danso, difensur ta’ Lens li għandu 26 sena. Dan tal-aħħar hu plejer Awstrijak li ilu mat-tim Franċiż sa mill-2021 fejn lagħab 101 partita u skorja erba’ gowls.

Il-kowċ Daniele de Rossi jixtieq ħafna lil dan il-plejer għax għandu kapaċitajiet kbar fid-difiża. Fi tmiem din il-ġimgħa, Danso seta’ lagħab l-aħħar logħba ma’ Lens meta deher fil-logħba mil-Ligue 1 kontra Brest li t-tim tiegħu rebaħ 2-0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport