Sunday, May 19, 2024

Roma jpoġġu lid-difensur Roger Ibanez fis-suq tat-trasferimenti

Aqra wkoll

Roma poġġew lid-difensur Roger Ibanez fis-suq tat-trasferimenti, b’AC Milan interessati fl-akkwist tiegħu, iżda Newcastle United huma l-favoriti li jakkwistaw is-servizzi tiegħu.

Il-player Brażiljan ta’ 23 sena mhuwiex parti mill-pjanijiet tal-coach Jose Mourinho għal dan l-istaġun u tpoġġa fil-lista ta’ players li jistgħu iħallu l-club.

L-istess sors jindika wkoll interess minn AC Milan, iżda mhux għall-prezz mitlub ta’ €20m.

Newcastle United diġà ġew marbuta ma’ Ibanez fil-passat u lesti jerġgħu jippruvaw jagħmlu offerta għad-difensur ċentrali.

Sport