Wednesday, July 24, 2024

Roma viċin li jikkonfermaw lil Daniele De Rossi

Aqra wkoll

Roma huma lesti li jikkonfermaw lil Daniele de Rossi bħala l-kowċ tagħhom hekk kif sejjer verament tajjeb u kkonvinċa mhux ftit lill-familja Friedkin li jmexxu lil dan il-klabb. L-istatistika ta’ De Rossi hi waħda tajba ħafna hekk kif minn 15-il partita fit-tmun tal-Giallorossi, hu rebaħ għaxar logħbiet, ġie draw fi tlieta filwaqt li tilef biss żewġ logħbiet.

De Rossi kien ħa post Jose Mourinho li falla milli jimpressjona matul dan l-istaġun bit-tim li nbidel mil-lejl għan-nhar meta daħal l-eks captain ta’ Roma.

Ekonomija

Sport