Sunday, November 15, 2026
Home Sport Romario jitlob it-tkeċċija ta’ Ancelotti minn coach tal-Brażil

Romario jitlob it-tkeċċija ta’ Ancelotti minn coach tal-Brażil

0
24

Il-leġġenda tal-football Brażiljan, Romario, talab li Carlo Ancelotti jitkeċċa minn coach tat-tim nazzjonali wara t-telfa diżappuntanti ta’ 3-2 kontra l-Ġappun f’partita ta’ ħbiberija f’Singapore.

L-eks attakkant esprima l-frustrazzjoni tiegħu permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, fejn indirizza direttament lil Ancelotti u lill-president tal-federazzjoni Brażiljana, Samir Xaud.

Romario rrikonoxxa s-suċċessi tal-coach Taljan fil-livell tal-clubs, iżda sostna li dan għadu ma weriex il-kwalitajiet tiegħu mat-team nazzjonali.

“Ancelotti, daqshekk! Ippakkja l-affarijiet u itlaq!” kiteb Romario, filwaqt li talab lill-federazzjoni tieħu azzjoni immedjata qabel it-Tazza tad-Dinja.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here