L-Istati Uniti, immexxija mill-coach Mauricio Pochettino li fil-jiem li ġejjin se jingħaqad ma’ Manchester United, kisbu rebħa kbira ta’ 6-0 kontra Ħaiti fl-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-CONCACAF Nations League, f’Miami.
Auston Trusty fetaħ l-iskor fl-10 minuta b’daqqa ta’ ras wara freekick ta’ Sebastian Berhalter, biex ta vantaġġ bikri lit-team Amerikan.
Fit-tieni taqsima, iż-żagħżugħ Julian Hall irdoppja fil-52 minuta wara kontrattakk veloċi.
Christian Pulisic imbagħad spikka b’żewġ gowls f’temp ta’ ftit aktar minn minuta, permezz ta’ penalty u xutt minn barra l-kaxxa.
Weston McKennie żied il-ħames goal b’daqqa ta’ ras fit-68 minuta, filwaqt li Folarin Balogun issiġilla r-rebħa fit-82 minuta, biex l-Istati Uniti kisbu vantaġġ komdu qabel it-tieni leg.





