Friday, May 3, 2024

Ronald Koeman aktar viċin li jitkeċċa

Aqra wkoll

Barcelona diġà għandhom kandidati ewlenin biex jieħdu post Ronald Koeman li issa jidher li huwa raġel mejjet jimxi fin-Nou Camp wara li ssorvelja l-agħar bidu ta’ Barca għal kampanja taċ-Champions League.

Il-Blaugrana qatt ma tilfu l-ewwel żewġ logħbiet fil-kompetizzjoni, iżda nhar l-Erbgħa għamluhom żewġ telfiet ta’ 3-0 minn żewġ logħbiet, meta tilfu kontra Benfica.

Koeman issa jidher bħallikieku jista’ jiġi sostitwit matul il-waqfa internazzjonali, wara li jkun ssorvelja l-konfront ta’ tmiem din il-ġimgħa kontra Atletico Madrid.

Diversi rapporti jsostnu li Barcelona issa qed jitkellmu ma’ erba’ kandidati waqt li qed ifittxu li jagħmlu ħatra fit-tul li jista’ imexxi l-proġett tagħhom.

U skond Mundo Deportivo, diġà hemm erba’ kandidati ewlenin.

L-ex midfielder Xavi Hernandez, li bħalissa jinsab ma’ Al-Sadd, il-coach tal-Belġju, Ro­berto Martinez, u l-aġenti ħielsa Antonio Conte u Andrea Pirlo huma maħsuba li huma l-erba’ ewlenin li qed jiġu kkunsidrati.

Barca se jitkellmu wkoll ma’ kandidati oħra, iżda dawn l-erbgħa nstabu bħala coa­ches ewlenin li jaħdmu fuq il-kwalitá ta’ football li Joan Laporta u l-bord tiegħu jridu jaraw fin-Nou Camp.

Minħabba l-kwistjonijiet finanzjarji ta’ Barca, il-flus jistgħu jkunu fattur determinanti, allura huwa importanti li jiġi rrilevat li Conte u Pirlo biss jistgħu jingħaqdu magħhom mingħajr ma jkollhom iħallsu kumpens, bl-imgħallmin attwali ta’ Martinez u Xavi jingħataw kumpens jekk iridu jiġu mħajra lejn in-Nou Camp.

Iżda Laporta għandu ħolma fuq il-manager Ġermaniż ta’ Chelsea, Thomas Tuchel, biex jidħol minflok Koeman.

Skond Mundo Deportivo, il-president ta’ Barca għandu ammirazzjoni enormi għal Tuchel meta jingħad li Laporta huwa impres­sjonat bil-mod kif Tuchel irnexxa fl-ogħla li­vell, kontra l-aqwa timijiet fl-Ewropa, xi ħaġa li l-Blaugrana tħabtu magħha matul dawn l-aħħar snin.

Iżda filwaqt li Laporta jixtieq ikollu lil Tuchel fin-Nou Camp, huwa jaf li ma jistax iħajjar lill-Ġermaniż.

Tuchel issa jinsab taħt kuntratt sal-2024 wara li ra l-ftehim tiegħu jiġi estiż wara s-suċċess fiċ-Champions League fl-istaġun li għadda.

Inizjalment l-ex coach ta’ Paris St-Germain kien taħt ftehim għal żmien qasir fi Stamford Bridge, iżda issa li rebaħ iċ-Champions League wara biss sitt xhur fil-kariga u ra t-termini tiegħu jitjiebu, Barca tilfu ċ-ċans li jistgħu jattirawh lejhom.

Sport